Propju sena qabel l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, is-Sindku tar-Rabat Għawdex Samuel Azzopardi ħabbar pubblikament fuq facebook li mhux ser ikun qed jerġà jikkontesta din id-darba.
Hu saħaq li r-raġunijiet huma diversi u qed javża minn sena qabel sabiex l-għażla tiegħu tkun waħda ċara u l-pubbliku jkun mgħarraf minn kmieni. Qal ukoll li r-raġunijiet tad-deċiżjoni tiegħu huma irrelevanti għall-proċess demokratiku.
Samuel Azzopardi serva għal 13-il sena sħaħ, fejn 10 minnhom okkupa l-kariga ta’ Sindku f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Ftit tal-ġimgħat ilu, Ivan Bartolo ukoll ħabbar li se jtemm il-karriera politika tiegħu fil-PN.
Dan ikompli juri kemm il-partit nazzjonalista għaddej minn kriżi interna fejn qed tkompli s-sensiela ta’ membri fi ħdanu li ma jridux jikkontestaw taħt Adrian Delia.