Qed tkompli l-parteċipazzjoni maltija fil-Kampjonati tal-Ewropa tar-Raffa f’Terni, l-Italja.
Fil- kompetizzjoni tal-Mixed Doubles, Rennie Farrugia u Mandy Falzon lagħbu l-ewwel logħba tagħhom u ħarġu telliefa bl- iskor 8-2.
Fl- individwali David Farrugia rebaħ il- loghba kontra t-Turkija bl- iskor ta 7 – 6. B’hekk David diġa ikkwalifika għall-kwartifinali.
Aktar tard illum wara nofs-in nhar, fil- kompetizzjoni tal-mixed doubles Rennie Farrugia u Mandy Falzon tilfu l-logħba kontra t-Turkija u b’hekk ġew eliminati mil- kompetizzjoni.
Intat filgħaxija David Farrugia, fil-kompetizzjoni tal- precision shooting, wara tieni round irnexxilu jispiċċa fl- ewwel post u għadda għal fażi tan-knock outs. Issa għada l-Ġimgħa filgħodu se jilgħab fil-kwartifinali kontra s-Slovakkja.