Fil-Marsa Sports Ground għaddejja l-maratona ta’ 60 siegħa logħob ta’ futbol b’risq Puttinu Cares.
L-għan tal-maratona hija li jinġabru fondi biex Puttinu jkompli jgħin pazjenti morda bil-kanċer u jinxtraw aktar appartamenti għal pazjenti li jieħdu l-kura fl-isptarijiet taċ-ċentru ta’ Londra.
Il-Maratona saret appuntament annwali fil-kalendarju Malti.
Ħbieb, kollegi, organizzazjonijiet u entitajiet differenti jipparteċipaw fil-maratona billi jilagħbu xi partita futbol.
Filwaqt li mużiċisti, kantanti u żeffiena bit-talent tagħhom joffru spettaklu lil dawk kollha li jattendu jew isewgu minn fuq it-televixin, il-maratona ta’ Puttinu Cares.
Illum waranofsinhar, mart il-Prim Ministru u ċerpersin ta’ Marigold Foundation, is-sinjura Michelle Muscat żaret il-maratona. Hija ppreżentat donazzjoni f’isema l-istess Fondazzjoni u tkellmet mat-tmexxija ta’ Puttinu dwar il-ħidma illi dawn iwettqu b’risq il-pazjenti morda bil-kanċer u l-qraba tagħhom.