Dalgħodu kompliet il-Maratona Oħloq Tbissima f’Dar San Ġużepp f’Santa Venera.
Żar din il-maratona dalgħodu d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne fejn qal kif il-gvern ser ikun qed joħroġ espressjoni ta’ interess għal dawk l-għaqdiet mhux governattivi sabiex jagħtu s-sehem tagħhom fil-kura tas-saħħa mentali u jitħallsu mill-Gvern.
Id-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Fearne flimkien mal-Viċi Kap Nazzjonalista David Agius imlew għadd ta’ kaxex tal-ikel biex jintbagħtu għall-missjoni. Il-maratona tibqa’ għaddejja sa għada f’nofsillejl.