Matul il-ġurnata tas-Sibt kompliet il-Maratona Oħloq Tbissima bil-għan li jinġabru flus għall-Missjoni fil-Peru, Pakistan u l-Filippini.
Żaret din il-maratona mart il-Prim Ministru u Chairperson ta’ Marigold Foundation Michelle Muscat.
“Fil-Peru sibt familja oħra u sirt nippreferi mmur hemm flimkien mal-qraba tiegħi milli mmur vaganza biex ingawdi.” Hekk stqarret magħna , Margaret Scicluna, li s-Sibt filgħodu kienet qed tgħatti l-għajnuna tagħha fil-maratona ‘Oħloq Tbissima’
“Hija esperjenza sabiħa ħafna, ħadt iż-żewġ uliedhi għax imorru kull erba’ snin u għalihom swielhom ħafna u nħossni kuntenta ħafna għax għalija għandi familja oħra hemm ukoll.”
Hija tistqarr li kemm ilha tagħmel dan ix-xogħol irrealizzat kemm hawn nies inqas ixxurtjati minnha u li vera huma fil-bzonn.
Il-Maratona ta’ din is-sena hija l-erbatax il-edizzjoni u apparti li jinġabru fondi għall-missjoni l-għan tagħha huwa wkoll li titqajjem kuxjenza missjunarja.
Żaret din il-maratona mart il-Prim Ministru u Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold Michelle Muscat li ppreżentat donazzjoni f’ isem l-istess fondazzjoni.
Is-Sinjura Muscat sabet ħin ukoll biex tgħatt l-għajnuna tagħha waqt il-maratona f’ ippakjar ta’ kaxxi biex jintbagħtu għall-missjoni.