Kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ kontra Liam Debono fejn xhedu żewġ konsulenti li assistew lill-kuntistabbli Simon Schembri waqt li kien qed jingħata trattament mediku.
Dan it-trattament mediku huwa magħruf bħala skin grafting – fi kliem sempliċi, il-konsulenti kellhom jaqilgħu il-ġilda minn kuxtejn il-Kuntistabli Simon Schembri sabiex ipoġġuwielu fil-parijiet fejn kellu l-feriti.
Fuq il-pedana tax-xhieda, dawn il-konsulenti qalu li l-kuntistabbli Schembri naddfulu l-feriti minn spalltu l-leminija kif ukoll f’sidru u f’idejh. Jirriżulta li waqt li waqt li kienu qed jitnadfulu l-ġrieħi, instabu traċċi tat-tarmak li daħlu fil-ġild tal-kuntistabbli.