Ftit tal-ħin ilu bdiet il-kumpilazzjoni tan-negozjant Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
12.32
Il-Maġistrat Rachel Montebello talbet li din il-ġimgħa ssir it-tieni seduta, sabiex f’dan l-istadju tintemm ix-xhieda ta’ Melvin Theuma. Theuma huwa s-suspettat middleman u x-xhud ewlieni f’dan il-każ.
Filfatt, Melvin Theuma se jkompli jixhed fuq r-recordings li ħa hu waqt konverżazzjonijiet li kien ikollu ma’ Yorgen Fenech.
12.42
Ir-recordings li se jinstemgħu issa se jinstemgħu fil-magħluq minhabba li jissemmew xi affarijiet sensittivi mhux biss b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Affarijiet li qed jiġu investigati mill-Pulizija.
15.27
Wara 3 sigħat jinstemgħu r-recordings fil-magħluq, il-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fench se titkompla fil-preżenza tal-midja.
16.15
F’awla 9, qed jinstema’ recording ta’ konversazzjoni bejn Melvin Theuma u Yorgen Fenech.
Jinstema’ l-kliem “Istra mela ħa l-flus mingħandhom ukoll.” Theuma qal li qal hekk, għax Yorgen Fenech qallu li l-Fulu ħa l-flus mingħand Chris Cardona. Madankollu, l-isem ta’ Chris Cardona ma issemma qatt. B’Melvin Theuma dam biex ftakar min kien isemmha f’din il-konversazzjoni li kellu ma’ Yorgen Fenech.
16.22
F’dan l-istess recording Yorgen Fenech jinstema’ jgħid lil Melvin “Aqbad it-tifel u mur bil-kwiet.” Melvin qal li kien sejjer vaganza mal-familja għall-ewwel tas-sena f’Londra. Liema vaganza swiet mal-€5,000 mill-but ta’ Yorgen Fenech.
Melvin Theuma jgħid “Għamiltli kuraġġ ta’ żiemel issa.” Qal li qal hekk għax Yorgen Fenech qallu li mhux se jinqabdu.
Jissemma wkoll Arthur Azzopardi, b’Melvin Theuma jgħid li Yorgen Fenech qallu li Arthur Azzopardi ġabar xi flus għall-koħħu.
16.32
Melvin Theuma jinstema’ jgħid “Issa l-Ħamis ara x’se jkun hawn.” Theuma qal li forsi qal hekk għax kien se jkun hawn xi protesta. Theuma qal lil Yorgen Fenech “Aħna m’għandiex lil dak issa…naħseb ħa mmorru ġewwa.” Qal li qal hekk għal Keith Schembri għax kien jgħaddi l-informazzjoni lil Yorgen.
Ftit wara jinstema’ Yorgen Fenech jgħidlu rega’ ġej għall-Whiskey. B’Melvin qal li Yorgen Fenech qallu hekk għal Silvio Valletta.
Il-Maġistrat innotat kif Melvin Theuma mhux qed ikun ċert fix-xhieda tiegħu u jagħmel assunzzjonijiet li dwarhom mhux qed ikun ċert.
L-avukat Gianluca Caruana Curran qal li Theuma f’xi waqtiet mhux qed ikun ċert u qed ifajjar bl addoċċ.
Il-Magistrat innotat ukoll li x-xhud dejjem indika fejn ma kienx ċert jew informazzjoni li ngħatat lilu minn terzi.
16.42
Il-Maġistrat osservat li t-tweġibiet tax-xhud dwar fatti li ma ntqalux lilu b’mod dirett u kif ukoll assunzjonijiet li jagħmel ix-xhud jew risposti li jingħataw mingħajr ċertezza, għandhom jintqalu.
16.44
Qal li f’dan ir-recording qed jitkellem fuq il-qtil, imma ftit wara qal li “jekk ngħidlek dwar xiex inkun qed nigdeb Sinjura Maġistrat.” Yorgen Fenech u l-avukat Gianluca Caruana Curran nstemgħu jgħidu “Moħħu mhux sew.” Intant l-ispettur Keith Arnaud ilmenta li d-difiża qed tipprova tiżżufjetta bix xhud.”
16.56
Yorgen Fenech qal lil Melvin Theuma “Imma jekk jinqala xi ħaġa ħa nkunu nafu qabel serraħ rasek”. Theuma qal li Yorgen Fenech qallu “Jekk ikunu ħa jarrestawna jew jinqala’ xi ħaġa ħa nkunu nafu qabel.”
17.12
Waqt il-kumpilazzjoni nstemghet din il-konversazzjoni bejn Melvin Theuma u Yorgen Fenech
Melvin : “Bdew jitkellmu fuqu illum il-Qorti.”
Yorgen : Iva għalhekk ċempilli u ġej għal whiskey.”
Melvin : “Ha jitneħħa?”
Yorgen : “Le allaħares.”
Fil-Qorti Melvin Theuma qal li hu ma xtaqx li Silvio Valletta jitneħħa minn Assistent Kummissarju għax la Yorgen kien jgħidlu li jtih l-informazzjoni ma kienx jaqblilhom li Valletta jitneħħa.
Il-Magistrat wissiet lil Jason Azzopardi biex ma jdaħħalx kliem f ħalq ix-xhud meta beda jsaqsih dwar Silvio Valletta.
Fir-recording nstema l-kliem “Allaħares jitneħħa.”