Quddiem il-Maġistrat Simone Grech, dalgħodu mistennija tkompli l-Kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tal-Olandiż Jelle Rijpma, li jinsab akkużat bil-qtil tal-eks sieħba Shannon Mak nhar it-3 ta’ Awwissu li għadda.
Shannon Mak kienet instabet mejta fi Triq il-Mastrudaxxi f’Santa Venera, wara li allegatament, l-akkużat ħanxrilha għonqha ftit tal-ġimgħat wara li temmew ir-relazzjoni tagħhom.
Huwa ġie arrestat ftit sigħat wara s-sejba tal-katavru, u tressaq il-Qorti l-għada s-Sibt 4 ta’ Awwissu fejn wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispetturi Kurt Zahra u Robert Vella, filwaqt li għall-akkużat qed jidher l-avukat Stefano Filetti.