Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, kumpliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Lorin Scicluna u Francesco Fenech li jinsabu mixlija bil-qtil tal-immigrant mill-Kosta tal-Avorju Lassana Souleymane u bl-attentat ta’ qtil ta’ żewġ immigranti oħra.
Il-vittmi nqatel b’tiri sparati minn karozza li kienet għaddejja minn Triq il-Ġebel f’Birżebbuġa fis-6 ta’ April li għadda. Bil-membri tal-familja taghhom fl-awla, iż-żewġ akkużati qagħdu ’l bogħod minn xulxin fuq il-bank tal-akkuzati u ma ħarsux darba lejn xulxin.
Fis-seduta ħareġ li l-kuġin ta’ Francesco, Dylan Germain, bidel il-verżjoni li kien ta lill-pulizija hekk kif fl-awla ċaħad li kuġinuh qatt ammetta miegħu li kien preżenti meta seħħ ir-reat. Dan ikkuntrasta sew mal-ewwel verżjoni li kien ta lill-pulizija meta stqarr li Francesco kien ammetta miegħu li kien fil-karozza ma’ Lorin fil-ħin tal-qtil. B’reazzjoni għal bosta mistoqsijiet tal-Ispettur Keith Arnaud, Francesco stqarr li gideb għax kien imbeżża’ wara li arrestawh b’rabta mar-reat.
Xehed lil wara li sar jaf lil Lorin wara l-qtil bieda jintebaħ li hu razzist. Aktar tard stqarr miegħu li xtaq ikisser arma moderna billi ‘jespandi kanna’, manuvra deskritta mix-xhuda bħala perikoluża ħafna. Żied li Lorin kien irrakkontalu dakinhar tar-reat kien xorob u mar ghall-arma d-dar f’Rahal Gdid u wara mar fit-triq fejn seħħ ir-reat.
Irrakkontalu li spara fuq l-immigranti u wara li spara madwar seba’ tiri “wehlitlu wahda” u ghalhekk kellu jieqaf. Qallu li dakinhar kellu mieghu lil Francesco. Ix-xhud stqarr li wara li affaċċja lil kuginuh, Francesco cahad u filwaqt li beka, halef li ma kellux x’jaqsam mal-qtil tal-immigrant. Madankollu stqarr mieghu li kien preżenti f’inċident ieħor meta kissru rota ta’ immigrant fl-istess triq. Fil-kontroeżami, huwa xehed li Lorin jaf jispara tant li seta’ jolqot il-mira fl-istess post.
Is-Surġent Jeffrey Gerada xehed li ftit qabel daħlu lock up wara li żaru l-postijiet marbuta mal-każ, Lorin qallu li kien Francesco Fenech li spara. Is-Surġent Jeffrey Gerada stqarr li Lorin għamel it-triq kollha jibki u ma riedx jikxef lil sieħbu għax fi kliemu ‘kien se jibagħtu l-ħabs’. Hawnhekk id-difiża ta’ Fenech oġġezzjonat għax fil-kontro eżami il-pulizija kienu diġà semmewlu lil ‘sieħbu s-suldat’ u baqgħu jitkellmu miegħu anke meta l-avukat tiegħu ma kienx preżenti.
Il-kumpilazzjoni tax-xhieda mistennija tkompli fis-16 ta’ Lulju.