Matul il-jum tat-Tnejn fil-Qorti kompliet l-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra l-eks Spettur tal-Pulizija Jonathan Ferris.
Ferris qed jiġi akkuat bi sperġur, jew aħjar xhieda falza fl-Inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-allegazzjonijiet Egrant.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat kif fl-inkjesta, Ferris kien allega li kien identifika transazzjoni ta’ sitt mitt elf dollaru minn persuna esposta politikament fl-Ażerbajġan lil kumpanija li kienet ta’ persuna qrib Michelle Muscat.
Madankollu l-analiżi forensika li saret fl-inkjesta Maġisterjali kkonkludiet li ma kienet saret l-ebda tranżizzjoni tat-tip.
Il-każ mistenni jkompli quddiem il-Maġistrat Marse Anne Farrugia.