Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-konfront ta’ John Dalli, li jinsab akkużat b’tixħim ta’ €60 miljun.
L-eks Assistent Kummissarju Michael Cassar qal kif huwa kien imsejjaħ mill-Kummissarju John Rizzo biex jiddiskutu rapport tal-Avukat Ġenerali, dwar allegat korruzzjoni.
Intqal kif fil-każ ta’ Silvio Zammit, eks kanvasser ta’ Dalli setgħu jipproċedu, waqt li fil-każ ta’ John Dalli kien għad baqa’ aktar investigazzjonijiet.
Cassar xehed kif Silvio Zammit qal lill-Avukat fil-liġi Ewropea, li l-projbizzjoni fuq snus tista’ tinbidel.
Intqal kif din tħallset €5,000 biex tlaqqa’ lil rappreżentant tal-kumpanija li tipproduċi s-snus, Swedish Match, flimkien ma’ Silvio Zammit.
Hawnhekk intqal kif rappreżentant ta’ Swedish Match qalet li l-affarijiet jistgħu jinbidlu, jekk titħallas is-somma ta’ €60 miljun.
Intqal kif il-Kummissarju Rizzo kien iddeċieda li John Dalli jitressaq wara li jingħalaq il-każ ta’ Silvio Zammit.