Il-Ħamis kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Justin Borg, ta’ 33 sena minn Ħal Safi, li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Chantelle Chetcuti, ta’ 34 sena minn Ħal Safi, li hija l-eks sieħba sieħba tiegħu u omm iż-żewġ uliedu.
Il-qtil seħħ barra l-każin tas-St. Patricks f’Ħaż- Żabbar fi Frar illi għaddha.
Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, xehed uffiċjal tal-pulizija li ppreżenta filmati elevati minn kameras tas-sigurtà, li juru lil Justin Borg fit-2 ta’ Frar li għadda, bejn is-sebgħa ta’ filgħaxija u l-ħdax ta’ filgħaxija dieħel id-depot.
Chantelle Chetcuti nstabet midruba u mitlufa minn sensiha f’għadira demm għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija tal-Ħadd 2 ta’ Frar. Borg ħarab minn fuq il-post, iżda ftit wara ta ruħu b’idejh fil-kwartieri ġenerali.
L-avukat Franco Franco Debono, li qed jidher għall-akkużat talab għall-ħelsien mill-arrest iżda l-ispettur Kurt Zahra qal li għad fadal ħafna iżjed xhieda x’titressaq.
Il-Maġistrat Montebello se tiddeċiedi fuq din it-talba fis-seduta li jmiss.
Il-prosekuzzjoni mistennija ttella’ bħala xhieda lill-qraba tal-vittma fosthom lill-omm Chantelle Chetcuti.