Kompliet il-kumpilazzjoni kontra Redent Zammit, Marcia Zammit, Chantelle Zammit, Andrew Zammit, u Mary Rose Piscopo li qed jiġu akkużati b’ħasil ta’ flus.
Is-seduta kellha tiġi sospiża għal xi ħin hekk kif wieħed mix-xhieda li kien fuq il-pedana ħassu ħażin u ħabat rasu bis-saħħa mal-art.
Hawnhekk il-Qorti sejħet għall-ambulanza.
Fix-xhieda intqal dwar kif kienu jissarfu ċekkijiet minn diversi persuni, li lkoll taw ix-xhieda tagħhom.
Il-Maġistrat f’punt minnhom wissiet lix-xhud sabiex jgħid il-verità hekk kif kien taħt ġurament.