Dalgħodu qed tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ Liam Debono, iz-zagħżugħ li qed ikun akkużat bl-attentat ta’ qtil tal-Kuntistabbli Simon Schembri.
Fis-seduta ta’ dalgħodu xehed PC30 mit-taqsima tar-riżorsi umani li ikkonferma li Simon Schembri huwa membru tal-pulizija u li huwa stazzjonat fit-taqsima tat-traffiku.
Xehed ukoll Steven Cachia rapreżentat mit-Transport Malta kif ukoll PC 919 li dakinhar tal-inċident kien xogħol u flimkien mal-kollegi tiegħu marru wara l-akkużat li prova jaħrab minnhom u wara li ħabat mal-ħajt, ħareġ mill-karozza u ħarab jiġri. PC 1189 mis-sezjoni tal-RIU spjega kif meta wasal fuq ix-xena tal-aċċident ra persuna bl-uniformi imċarta, mixħut mal-art bid-dmija u wara li niżluh fil-lock up ħaduh il-clinic tal-Furjana għax kellu xi grief f’irkopptu u xi marki f’idejh mill-manetti.
Ix-xhieda kompliet b’Martin Cassano li ġie inkarigat li jieħu l-karozza Mercedes silver li kienet involuta fl-aċċident fl-SVS fejn il-pulizija jiċċekjaw il-karrozi u li jinsab ġewwa l-Menqa. Il-Kuntistabbli 161 Scerri stazzjonat fic-Cyber Crime kien inkarigat biex jiprisserva l-profil tal-Facebook ta’ Liam Debono u żammu kopja ta’ kull ħaġa li kellu fuq Facebook.
Frans Cutajar li għandu r-raba viċin ta’ Kandja li tinsab mat-triq kompla spjega kif malli sema li kien hemm aċċident viċin ir-raba tiegħu, mar jara x’kien ġara u ra tkaxkira kbira mal-ħajt li huwa propjeta tiegħu.