Fid-disgħa ta’ dalgħodu mistennija tkompli l-kumpilazzjoni fil-konfront tat-tliet akkużati mixlija bil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia: l-aħwa Alfred u George Degiorgio magħrufa bħala l-Fulu u ċ-Ċiniż, u Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu.
Fis-seduta ta’ dalgħodu mistennija jibdew jixhdu l-esperti barranin; fosthom “Post-Blast Expert” tal-Europol u espert tas-“Cellular Data” mill-FBI.
Il-kumpilazzjoni tax-xhieda qed tinstema’ quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, filwaqt li l-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra mill-iskwadra tal-omiċidji.
L-Avukat William Cuschieri qed jidher għal Alfred Degiorgio, Dr. Josette Sultana għal George Degiorgio u Dr. Martin Fenech għal Vince Muscat.
9:25: Is-seduta li kellha tibda fid-9.00am għada ma’ bdietx, hekk kif kien ftit tal-minuti ilu li nfetħet Awla numru 7, fejn qed tinstema’ l-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit bħalissa hawn il-familjari flimkien mal-ġurnalisti u l-avukati difensuri.
9:30: Minn informazzjoni li għandu ONE News, il-Kumpilazzjoni tax-xhieda għadha ma’ bdietx għall-fatt, li l-Qorti tal-Maġistrati qed tistenna d-deċizjoni tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili Sede Kostituzzjonali, preseduta mill-Imħallef Anna Felice, dwar rikors li Alfred Degorgio l-fulu ressaq il-ġimgħa l-oħra fejn talab li kull informazzjoni li nġabret b’ mod elettroniku titneħħa mill-każ. Huwa qal li din l-informazzjoni nġabret taħt liġi tal-Unjoni Ewropeja li ġiet abolixxita.
9:40: It-Talba ta’ Alfred Degorgio tiġi miċħuda u għalhekk ser tkompli l-Kumpilazzjoni tax-Xhieda.
Jidħlu fl-Awla l-avukati li qed jidhur parte civile għall-Familja Caruana Galizia fosthom Dr. Jason Azzopardi u Dr. Therese Comodini Cachia flimkien ma’ Dr. Eve Borg Costanzi u r-raġel tal-vittma Peter Caruana Galizia.
Jiħdlu wkoll l-avukati difensuri Dr. William Cuschieri, Dr. Martin Fenech u Dr. Martha Mifsud.
9:45: Ġaladarba l-kumpilazzjoni ser tkompli, daħlu fl-awla tal-Qorti tal-Maġistrati fejn qed tinstema’ l-kumpilazzjoni l-esperti barranin li mistennija jixhdu fis-seduta tal-lum.
9:50: Jiddaħlu fl-Awla it-tlett akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia eskortati mill-uffiċjali tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
9:55: Dr. Martin Fenech beda joġġezzjona għall-fatt lill-Avukat Parte Civile Dr. Jason Azzopardi qal fil-parlament lill-akkużati kienu jafu li dawn ser jiġu arrestati. Huwa qal kif mhux sew li Dr. Jason Azzopardi uża l-privileġġ Parlamentari sabiex jiddiskuti dan il-każ, u aktar minn hekk ħadt ma’ jista jkellmu għal dan. Huwa sostna kif dan il-każ ma’ għandux jinbidel f’ ballun politiku.
Il-qiegħa fl-awla tisħon bejn Dr. Martin Fenech u Dr. Jason Azzopardi bil-maġistrat ikollha tintervjeni u twaqqaf lil Dr. Jason Azzopardi. Dr. Martin Fenech qal kif dak li għamel Dr. Jason Azzopardi jista’ b’ xi mod jinfluwenza l-qorti. Il-Maġistrat wieġbet lil Dr. Martin Fenech li ma’ tistax tirribati għal xi ħaġa f’ dan il-każ id-diskors ta’ Jason Azzopardi għax ma għandhiex poter fuq dak li jintqal fil-parlament.
Iżda Dr. Martin Fenech xorta waħda talab b’ mod uffiċjali lill-Qorti sabiex toffri rimedju għad-diskors ta’ Jaspon Azzopardi talli uża l-privileġġ parlamentari. Dr. Jason Azzopardi wieġeb billi qal li fid-diskors tiegħu enfassiza fuq il-fatt lill-akkużati huma preżunti innoċenti għal tliet dariet. Huwa qal ukoll lid-diskors kien wieħed politiku u mhux legali u għandu dritt jagħmel dan.
10:00: Dr. William Cuschieri li qed jidher għal Alfred Degorgio qal lill-klijent tiegħu għamel żewġ talbiet li eventwalment ġew miċħuda bejn il-bieraħ u dalgħodu. Għalhekk Dr. Cuschieri qed jitlob li xorta waħda ma’ tinstemmax ix-xhieda tal-FBI, ġaladarba Degorgio ser jappella għal dawn iż-żewġ sentenzi . Dawn iż-żewġ digrieti ingħataw mill-Imħallfin Lorraine Schembri u Anna Felice. Ingħad li ser jappella minn dawn is-sentenzi skond il-liġi kostituzzjonali.
10:10: Dr. Cuschieri talab lill-maġistrat Stafrace Zammit biex ġa la darba jinqataw dawn iż-żewġ sentenzi, iżda jekk jerġgħu jiġu miċħuda sabiex din tismagħhom.
Dr. Philip Galea Farrugia mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali, qal kif id-data tal-lum ilha fissa xahrejn biex tinstema x-xhieda barranija, u għalhekk ma’ kienx hemm għalfejn li propju r-rikors jitressaq ftit jiem qabel, sabiex il-maġistrat ma’ tismax ix-xhieda tal-FBI.
10:15: Dr. Philip Galea Farrugia għamel talba uffiċjali sabiex il-Qorti tibda tisma x-xhieda tal-aġent tal-FBI preżenti hawn fl-Awla, dan għal fatt li xogħol il-Qorti tal-Maġistrati hu biss li tiġbor il-provi.
Min-naħa tiegħu Dr. Azzopardi għal Parte Civile qal kif din is-seduta ilha appuntata, u għalhekk Alfred Degorgio qed jabbuża mill-proċess , u hawn anke kwota lill-Qorti fejn kienet qalet li t-talba hi frivola u bbażata fuq argument imġebbed.
10:20: Dr. Therese Comodini Cachia li qed tidher ukoll Parte Civile, qalet lill-Qorti trid tara l-preġudizzju li dan id-dewmien jista joħloq fil-proċeduri. Hija qalet ukoll kif dan huwa każ eċċezjonali.
Kompliet tgħid kif kwalunkwe dewmien jaffetwa wkoll iż-żewġ imputati l-oħra, hija qalet li din hij t-tielet darba li qed issir l-istess talba biex ma jixhdux l-aġenti tal-FBI.
10:30: Dr. William Cuschieri għal Alfred Degorgio qal li huwa għamel talba għal dritt li huwa għandu bħal kull ċittadin, li jappella minn deċizjoni .
Sadanittant wieħed mill-uffiċjlali tal-‘Ispecial Response Team’ kellhu jgħid lill-Avukat Andrew Borg Cardona sabiex iwarrab min-nofs hekk kif dan ma’ kienx qed iħalli l-akkużati jaraw x’ inhu jiġri quddiemhom.
Intant, l-Avukat Cuschieri qal kif qed jiridibatti wkoll il-fatt lill-Qorti qalet li l-aġir tal-akkużat qed iwassal għad-dewmien.
10:35: Il-Maġistrat issospendiet s-seduta biex tiddeċiedi fuq talba tal-Avukat Cuschieri – biex ma’ jixhidx l-aġent tal-FBI li hu mifhum li ser jitkellem dwar informazzjoni ċellulari. Hija ma tat l-ebda ħin dwar fi x’ ħin ser tkompli s-seduta.
11:50: Tidħol il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit sabiex taqra d-digriet tagħha.
Fid-deċizjoni tagħha l-Qorti qalet li se tkompli tisma’ x-xhieda tal-FBI u ddikjarat lit-talba hi frivola u vestatorja.
11:55: Dr. William Cuschieri għal Alfred Degorgio oġġezzjona għal din id-deċizjoni. Id-difiża kollha qablet ma’ Dr. William Cushieri .
Id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia qal li dak li qal Dr. William Cuschieri m’huwiex legalment sostennibli u dan jasal għal disprezz f’ wiċċ il-qorti.
12:00: Fuq il-pedana tax-xhieda issa telgħu l-aġenti tal-FBI Richard Fennerne u William Schute.
Fejn preżentaw għadd ta’ dokumenti lill-Qorti u lid-difiża.
Qabel jibdew jixhdu huma spjegaw li huma Aġenti Speċjali tal-FBI u jispeċjalizzaw fl-analiżi tad-‘Data Ċellulari’. Xogħlhom huma li jiġbru l-informazzjoni u jikkumbinaw l-informazzjoni ma’ dik mit-torrijiet ċellulari, imbagħad jaslu għat-telefonata fejn tkun saret. Huma qalu lir-rapport tagħhom huwa kemmxejn twil.
Huma kkonfermaw li tqabbdu sabiex jagħmlu dan ix-xogħol mill-Maġistrat Inkwirenti Anthony Vella.
12:00: Fuq il-pedana tax-xhieda issa telgħu l-aġenti tal-FBI Richard Fennerne u William Schute.
Fejn preżentaq għadd ta’ dokumenti lill-Qorti u lid-difiża.
Qabel jibdew jixhdu huma spjegaw li huma Aġenti Speċjali tal-FBI u jispeċjalizzaw fl-analiżi tad-‘Data Ċellulari’. Xogħlhom huma li jiġbru l-informazzjoni u jikkumbinaw l-informazzjoni ma’ dik mit-torrijiet ċellulari, imbagħad jaslu għat-telefonata fejn tkun saret. Huma qalu lir-rapport tagħhom huwa kemmxejn twil.
Huma kkonfermaw li tqabbdu sabiex jagħmlu dan ix-xogħol mill-Maġistrat Inkwirenti Anthony Vella.
12:15: L-aġenti qalu li kienu nfurmati fis-16 ta’ Ottubru u waslu f’ pajjiżna fit-18 ta’ Ottubru fejn mall-Ispettur Keith Arnaud huma maru fuq il-post sabiex jifhmu aħjar l-ambjent tax-xena tar-reat.
Huma komplew jgħidu iltaqaw mal-‘providers’ tat-teleffonija,u kif ukoll anallizaw ic-‘cell towers’ kollha tal-madwar.
Huma spejgaw li nvestigaw ic-cell towers kollha u qalu li talbu għal kull linja ta’ telefonija li b’ xi mod kienu mqabbda mac-cell tower qabel u wara d-delitt.
Kien hemm 53 device differenti mqabbdin ma’ dan ic-cell tower li kienu qed jintużaw nhar is-16 ta’ Ottubru bejn is-2:58pm u 15:03pm tal-linja Vodafone.
Minn dawn it-53 device ġie stabilit li kien hemm wieħed li qatt ma’ kien intuża wara l-ħin li splodiet il-bomba – dan hu 99683752.
Ix-xhieda qalu kif talbu għal ‘call profile’ ta’ dan in-numru fejn ġie stabilit li dan intuża darbtejn qabel id-delitt fl-10 ta’ Jannar 2017 u nhar l-21 ta’ Awissu. Dak in-nhar tas-16 ta’ Ottubru dan in-numru rċeva messaġġ fuqhu min-numru 99684366 fit-2:58pm. Wara dak il-ħin dawn iż-żewġ linji ma’ reġawx intużaw.
Ix-xhieda kkonfermaw dak li kien qal l-Ispettur Keith Arnaud fix-xhieda tiegħu li fis-1:41am tas-16 ta’ Ottubru in-numru 99683752 baqa’ mixgħewl say-2:58pm fil-post fejn kienet toqgħod il-vittma fil-Bidnija.
12:30pm: Sar ukoll decoding tal-messaġġ qattiel mill-kumpanija Vodafone, bejn iż-żewġ linji tal-mobiles. Huma qalu kif kien jaqra #REL1=ON
12:35: L-Esperti tal-FBI komplew jgħidu kif nhar l-10 ta’ Jannar 2017 kien hemm attivita’ bejn iż-żewġ sim cards, liema attivita’ reġgħet saret nhar il-21 ta’ Awissu.
Huma qalu kif wara li ġie stabilit iż-żewġ numri prinċipali, kien hemm il-proċess sabiex jiġu stabilita iżjed mobiles. Dan wara liż-żewġ numri prinċipali kienu wieħed fil-Bidnija u l-ieħor mal-YMCA tower jiġifieri fl-inħawi ta’ taħt il-qanpiena fil-Port il-Kbir.
Huma komplew kif il-mobile kien b’ mod konsistenti dejjem fuq il-baħar dak in-nhar tad-delitt, u l-ieħor fil-Bidnija, l-aġenti qalu li kienu jemmnu li dejjem kien hemm xi ‘device’ ieħor li kien involut.
Intqal kif kien hemm telefonata bejn in-numri 99088820 u 99088824 fit-2:57pm u din it-telefonata damet 107 sekondi, li hu mifhum li din kienet it-teleofnata bejn George ċ-Ċiniz fuq il-baħar u Fredu l-Fulu fil-Bidnija.
Dawn iż-żewġ numri kkommunikaw biss bejniethom u man-numru 99088823.
13:00: L-aġenti tal-FBI qalu li mill-informazzjoni kollha li ġabru kkonkludew li b’ din l-infrastruttura kollha splodiet il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia.
Wara d-detonazzjoni tal-bomba in-numru 99088823 ma’ ntużax iżjed wara t-3:08pm ta’ dak in-nhar tad-delitt.
Huma komplew jgħidu kif analizzaw diversi torrijiet differenti sabiex waslu għall-konkluzjoni.
13:15: Ġie stabbilit ukoll li n-numru 99623741 kien ukoll ta’ Goerge Degorgio, hekk kif sa issa hu mifhum ċ-Ċiniż kellhu 3 mobiles meta huwa kien fuq id-dgħajsa. Fil-fatt ix-xhieda qalu kif mill-analiżi li saret George Degorgio qatta’ s-siegħat ta’ qabel id-delitt tiela’ u niżel mal-kosta b’ mod konsistenti flimkien man-numru li bgħatt il-messaġġ qattiel min-numru 99684366, u rriżulta wkoll li Degorgio kien qed iżomm il-mobile 99088824 miegħu fuq il-baħar.
13:20: L-aġenti qalu kif għamlu mappa tal-mobile ċellulari.
F’ sommarju ta’ rapport twil li huma għamlu, ikkonkludew li n-numru 99683752 kien ikkonettjat mad-device li sploda l-bomba, u bbażata fuq il-ħin u l-kontenut huma jemmnu li n-numru 99684366 bgħatt il-messaġġ qattiel.
Huma jemmnu wkoll li n-numru 99088820 serva bħala ‘look out’ fil-bidnija u ċempel lil 99088824 sabiex eventwalment jaffetwa d-denotazzjoni tal-bomba .
Ikkonkludew ukoll li n-numri 99088820, 99088824 u 99088823 ħadmu flimkien sabiex ikunu jistgħu jisplodu l-bomba. Huma jemmnu wkoll li 99684366 u 99088824 kienu flimkien dak in-nhar tad-delitt fuq il-baħar. Qalu wkoll li jemmnu li n-numru 99623741 hu ta’ George Degorgio kien ukoll lokalizzat man-numri 99684366 u 99088824
L-aġenti tal-FBI temmew ix-xhieda tagħhom, u ma’ sarx kontro eżami mid-diviża.
13:35: Fuq il-pedana tax-xhieda issa tela’ Mario Cmarec mil-Counter Terrorism Section tal-EUROPOL.
Huwa qal kif kien imsejjaħ mill-Awtoritajiet Maltin u attenda għal-laqgħa nhar l-14 ta’ Novembru f’ pajjiżna mall-istess awtoritajiet fil-Qorti.
Huwa qal lill-professjoni tiegħu hi ta’ uffiċjal tal-Pulizija għal dawn l-aħħar 24 sena iżda fl-aħħar snin speċjaliżża fl-isplussiv.
Huwa kellhu jagħmel ‘Post-Blast Investigation’ fuq il-vettura, u janalizza wkoll affarijiet oħra miġbura minn fuq ix-xena tar-reat. Huwa qal li ma kienx involut direttament fuq l-investigazzjoni fuq ix-xena tar-reat, u ġie ngaġġat kważi xahar wara l-inċident.
Huwa qal kif il-EUROPOL għamlet investigazzjoni ta’ dak kollhu miġbur u konservat mill-investigaturi fil-jiem ta’ wara d-delitt.
Fosthom ġew analizzati wkoll kull ‘device’ li kien hemm fil-vetturi fosthom biex jidetterimnaw in-natura tal-inċident u għall-analiżi tal-forensika.
Wara dan ħolqu tim ta’ investigaturi li kien jikkonsisti minnu, żewġ uffiċjali tal-Pulizija mill-Forensika, żewġ uffiċjali tal-Explosive Ordinance tal-AFM.
Huwa qal kif huma bdew mill-eżaminazzjoni tal-vettura li kienet ġo St. Andrews Compound f’ Pembroke u kienet ippriservata minn kif kienet miġbura mix-xena tar-reat, fejn l-eżaminazzjoni fuq l-istess vettura ħadet tlett ijiem.
Il-karateristikka ewlenija tal-vettura, kienet li kellha ħafna ħruq bil-konsegwenza li parti kbira mill-evidenza kienet distrutta.
Esebiti oħra miġbura mix-xena kienu iżjed ikkundizzjonati mill-karozza u setgħu jiġu analizzati b’ mod aħjar.
Qal li l-ewwel investigazzjonijiet kienu biex jistabilixxu x’ tip ta’ bomba u splussiv intuża. Huma eskludew li din kienet ‘fuel air explosion’ li permezz tiegħu setgħet kienet qed iġorr xi likwidu jew gas li seta’ sploda waqt li kienet qed iġorra.
Il-konklużjonijiet tal-EUROPOL qalu li l-ispluzzjoni saret fil-karozza; preċizament kienet taħt is-seat tad-driver u għandna l-lokazzjoni preċiża tal-explosive charge, u huwa ċarrissimu li dan tpoġġa fil-vettura.
Dwar it-tip tal-isplużjoni hemm il-konklużjoni li dwar id-danni, lill-isplussiv kien ‘High Explosive’ u li din l-ispluzzjoni kienet kapaċi biex toħloq ‘Blast Shockwave’ u ‘High-Blast Pressure’ mal-madwar.
13:50: L-espert qal li l-isplussiv seta’ kkawża ħsarat fil-madwar. Huwa kkonkluda li dan kien splussiv militari bhat-TNT. Huwa qal kif intuzaw bejn 300 u 400 gramma ta’ splissiv.
Il-EUROPOL ikkonkludiet li l-bomba kienet immirrata biex toqtol lill-persuna jew inkella tagħmillu ġrieħħi gravi. Dan għaliex il-mewt tal-persuna huwa suġġett għall-pozizzjoni tal-persuna dak il-ħin tal-vettura. Madankollu huwa kkonkluda li f’ dan il-każ, kollox kien intiż għal probabilita ta’ 100% mewt.
L-effetti prinċipali ġew mill-fatt ta’ ‘Blast Ovr Pressure’ aktar mit-tifrik. Huwa qal kif kieku kien hemm passiġiera oħra fil-karozza kien ikunu suġġetti għal ġrieħi differenti; 50% ta’ ċans ta’ mewt għal minn kien ikun bilqiegħda fuq wara tal-karozza u minn kien ħdejn il-vettura.
14:05: L-espert tal-Europol qal li kienet imdawra minn pjanċa tal-ħadid, iżda l-biċċa ta’ fuq tħalliet miftuħa sabiex il-‘blast’ titla’ l-fuq.
14:10: L-espert qal kif fil-partijiet tal-ġisem tal-vittma nstab ammont ta’ frak tal-ħaddid ikkawżati minn din il-kaxxa.
Huwa qal li mal-bomba kien hemm apparat ieħor li għin fl-ispluzzjoni, fejn fuq il-bomba kien hemm miktub l-kliem ARD.
Kompla jgħid kif ma’ setgħux jelevaw il-partijiet kollha tal-bomba minħabba l-ħsarat estensivi, u qal kif kien hemm similiratijiet bejn dan il-każ u każi oħra ta’ bomba, iżda qal li mill-fdalijiet li ġew elevati minn fuq il-post ġie stabbilit lill-bomba kienet ‘improvises explosive device’, u li kienet magħmula apposta għal dan il-każ.
Qal lill-aktar punt interessanti dwar is-sistema ta’ attivazzjoni hija kif din keinet mibnija minn GSM Module, bħal electronic circuit board b’ kompartament biex tidħol is-‘sim card’ fih.
14:34: Il-EUROPOL ikkonkludiet li dan kien attakk bomba intenzjonali u eskludiet li din setgħet kienet suwiċidju jew inċidentali, hija kkonkludiet lill-mira prinċipali tal-qattiel kienet li joqtol lill-vittma.
14:40: Temm ix-xhieda tiegħu Mario Cmarec l-espert tal-EUROPOL bil-kumpilazzjoni tiġi defirita għall-14 ta’ Ġunju.