Numru ta’ ATM’s tal-Bank of Valletta reġgħu lura għan-normal, wara li fi tmiem il-ġimgħa saru numru ta’ attentati ta’ serq bi frodi. L-BOV spjega li minkejja li dawn l-ATMs qed jerġgħu joperaw, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Il-klijenti, fakkar il-bank, għandu dejjem ikunu viġilanti u josservaw il-prekawzjonijiet standard dwar is-sigurtà tal-informazzjoni. Jekk taħseb li inti tinsab fil-mira ta’ xi waħda minn dawn l-iscams, nagħtuk il-parir li tikkuntattja l-Customer Service Centre tal-Bank fuq 2131 2020 jew lill-Pulizija.