Il-Pulizija u l-Forzi Armati komplew bl-investigazzjonijiet tagħhom dalgħodu f’Birżebbuġa, b’rabta mal-bomba li nstabet ma’ vettura fil-Fgura f’Jannar li għadda.
Triq Alessandru f’Birżebbuġa sebħet bil-Pulizija tad-Distrett u mis-sezzjoni tal-klieb, kif ukoll it-taqsima tal-Bomb Disposal tal-AFM fejn komplew b’operazzjoni f’garaxx f’din it-triq.
Aktar dettalji malli jaslulna.