Kompliet tinstema’ xhieda fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fis-seduta tat-Tlieta xehed John Rizzo, eks kummissarju tal-pulizija bejn Novembru 2001 u April tal-2013. Huwa xehed dwar il-protezzjoni li kienet tingħata Daphne Caruana Galizia. Qal li kien jagħtiha protezzjoni minn jeddu. Semma li din il-protezzjoni kienet tingħata mill-kummissarju ta’ qablu iżda qal li ma jeskludix li din bdiet iddejjaqha.
Qal li jaf li kellha l-protezzjoni fl-elezzjoni tal-2013 iżda ma jiftakarx jekk kienx hu li ta l-ordni biex titwaqqaf.
Huwa kien mistoqsi wkoll dwar il-każ tal-eks Kummissarju Ewropew John Dalli u qal fl-opinjoni tiegħu l-investigazzjoni kienet ġabret biżżejjed evidenza sabiex Dalli jkun jista’ jitressaq il-Qorti. Qal li qatt ma ressqu għax kien marid Brussell u meta ġie lura kien spiċċa minn Kummissarju.
Fis-seduta ta’ dalgħodu xehed ukoll li l-Ispeaker Anġlu Farrugia li qal li ma kienx favur il-moviment u qal li kien ippropona li kull min kien involut f’xi korruzzjoni m’għandux ikollu pożizzjoni fil-partit. Mistoqsi dwar Yorgen Fenech, Dr Farrugia xehed li hu qatt ma rah fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.