Fil-Qorti illum qed tkompli l-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Illum qed jixhed l-Assistent Kummissarju Ian Abdila. Qal li għandu mijiet ta’ każijiet li qegħdin jiġu investigati dwar allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus.
Dwar Pilatus Bank, meta saru l-allegazzjonijiet fuq il-kumpanija Egrant, l-Assistent Kummissarju Ian Abdila qal li huwa ssejjaħ id-Depot fid-disgħa ta’ filgħaxija. Qal il-bank ġie magħluq fl-20 ta’ April 2017 u mgħasses mill-Pulizija.
Mistoqsi dwar l-episodju tal-bagalja, Ian Abdila qal li ma daħal xejn u ma ħareġ xejn. Il-Bank kollu kien mgħammar bil-kameras tasCCTV u ma nħareġ l-ebda dokument. Il-filmat raħ ukoll l-Imħallef Aaron Bugeja fl-inkjesta Egrant.
Qal li fl-2016, kien hemm żewġ rapporti li ngħataw lilu mill-FIAU dwar tranżizzjonijiet dubjużi bejn Brian Tonna u Keith Schembri mill-Pilatus Bank. Qal li wieħed mir-rapporti ngħata lilu f’Lulju u l-ieħor f’Novembru u nġabru t-trażizzjonijiet dubjuzi.
Qal li fil-Pilatus Bank issemma wkoll John dalli.
Qal li mill-affarijiet li raw hu u l-ispetturi tiegħu mal-ewwel daqqa t’għajn ma raw li sar xejn kriminali fil-konfront ta’ keith Schembri.
Mistoqsi dwar Konrad Mizzi, qal li m’għandux kont hemm.
Ian Abdila qal li huwa qatt ma nforma la lil keith Schembri u lanqas lil John Dalli li qegħdin jiġu nvestigati.
Ian Abdila qal li l-investigazzjonijiet dwar Pilatus Bank, hija waħda mill-ikbar waħda li saret f’Malta. Qal li ħadmu ukoll f’esperti fl-Ingilltera. L-Assistent Kummissarju qal li l-investigazzjonijiet dwar Pilatus Bank waslu fl-aħħar stadju u possibilment se jitressqu n-nies il-Qorti.
Mistoqsi mill-Imħallef Abigail Lofaro, Ian Abdila qal li għal Keith Schembri qatt ma bagħat u mhux il-Maġistrat qallu biex ma jibgħatx għalih.
Meta ħarġu l-allegazzjonijiet ta’ Pilatus Bank qal li qatt ma talbu l-għajnuna tal-Europol iżda għandhom fosthom l-aqwa esperti fid-dinja.
Dwar l-allegazzjoni tal-Montenegro, Ian Abdila qal li bħalissa għaddejja inkjesta dwar 17 Black fejn qegħdin jitkellmu mal-awtoritajiet ta’ Dubai. Qal li Konrad Mizzi għadu qatt ma ssejjaħ mill-Pulizija.
Dwar l-Inkjesta tal-Egrant, Ian Abdila qal li ma nstabet l-ebda tranżizzjoni ma’ Alyev, kif allegat Daphne Caruana Galizia.
Ian Abdila qal li kien f’Marzu 2018 li sar jaf li Yorgen Fenech huwa s-sid ta’ 17 Black.
Ian Abdila qal li f’Novembru 2018 hu flimkien ma Raymond Aquilina marru jkellmu lil Yorgen Fenech. Imma Silvio Valletta qalhom tmurx għax ma jiflaħx. Kien is-Sur Valletta li qalilhom biex imorru jkellmuh Portomaso flok isejjħulu d-depot.
Ian Abdila qal li Qatt ma kellem u qatt ma kellu komunikazzjoni ma’ Yorgen Fenech.
Ian Abdila qal li ma kienx kuntent bir-riżorsi li kellha l-Economic Crimes Unit. Kien f’din l-aħħar sena li bdew ġejjin ir-riżorsi. Qal li kellhom każijiet ferm ikbar fosthom ta’ Portman Consultancy u Swedish Banking Schemes.
Dwar l-allegat kuntrabandu taż-żejt, qal li hemm investigazzjonijiet għaddejjin.