Kompliet il-ħidma fuq l-implimentazzjoni ta’ servizz ġdid ta’ assistenza professjonali ta’ avukati u periti liċ-ċittadini milquta mis-settur tal-kostruzzjoni.
Dan intqal f’kitba fuq il-midja soċjali mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard.
Din hi waħda mill-ħames inizjattivi li ħabbar ilbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela, wara l-pubblikazzjoni tal-inkjesta pubblika b’rabta mal-mewt taż-żgħażagħ Jean Paul Sofia fil-bidu ta’ Diċembru tal-2022.
Il-Ministru Jonathan Attard saħaq li l-esperjenza ta’ Bruno Zahra, li huwa d-Direttur tal-Legal Aid Malta se sservi biex dan is-servizz ma jdumx ma jitnieda mill-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA.