Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali kompla bil-ħidma sabiex tkompli titwettaq il-viżjoni tal-Gvern fejn il-pubbliku jkun jista’ jaċċessa s-servizzi governattivi mill-mowbajl. Kien għalhekk li matul is-sena 2017 nbdiet il-ħidma fuq l-Istrateġija għal Servizzital-Gvern fuq il-Mowbajl.
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kif ukoll id-Dipartiment għal Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità niedew żewġ kalkulaturi onlajn ġodda. It-tnedija ta’ dawn il-Web Apps qed issir f’kuntest usa’ ta’ pjan ħolistiku li jara s-servizzi pubbliċiaktar disponibbli għaċ-ċittadin billi jkunu aċċessibbli 24 siegħa kuljum u minn kullimkien.
B`mod faċli, il-Kalkulatur għall-Pensjoni tal-Irtirar jagħtik stima tal-intitolament għall-pensjoni ladarba persuna tirtira. Persuna mwielda fl-01/01/1952 jew wara, u li taspira li tirtira, tista` iddaħħal sett minimu ta` informazzjoni mandatorja bħala bażi għal determinazzjoni preċiża kemm jista` jkun tal-pensjoni potenzjali tagħha.
Mill-banda l-oħra, il-Kalkulatur tal-Kontribuzzjoni għal dħul f’Dar tal-Anzjani (EHAC) huwa għodda li tippermettilek iddaħħal informazzjoni li minnha tinħadimlek stima mhux uffiċjali biex tiddetermina kemm tkun l-kontribuzzjoni li għandha titħallas mir-resident.
Huwa mistenni li din l-inizjattiva għandha tkompli ttejjeb l-infrastruttura ta’ servizzi on-lajn ghaċ-ċittadin waqt li tnaqqasil-piż amministrattiv minn fuq id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u d-Direttorat għal Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità f’dak li għandu x’jaqsam ma’ riżorsi umani li b’hekk ikunu jistgħu jiġu utilizzati b’mod aktar effiċjenti.
Permezz ta’ dawn iż-żewġ servizzi il-Gvern qed ikompli l-ħidma tiegħu biex ikun aktar qrib in-nies f’kull ħin tal-ġurnata.
Biex persuna taċċessa dawn is-servizzi onlajn jew fuq il-mowbajl tagħha, kulma trid tagħmel huwa li tidħol fis-sit https://dssservices.gov.mt/