Fl-Istrixxa ta’ Gaza, aktar minn mitt persuna tilfu ħajjithom, hekk kif kompliet il-gwerra fil-Lvant Nofsani, wara ġimgħa ta’ waqfien mill-ġlied.
Dan wara li kien hemm qbil ta’ waqfien mill-ġlied ta’ erbat ijiem, ġimgħa ilu u ġie estiż.
Dan il-ftehim kien ikopri sal-ħabta ta’ sitta tal-Ġimgħa filgħodu, ħin ta’ Malta u minnufih reġgħu komplew l-attakki militari.
Il-militar Iżraeljan ħabbar li temm il-waqfien mill-ġlied mal-Hamas, wara li skont l-Iżrael, il-grupp Hamas kiser il-ftehim li kien hemm, wara li sparat rocket minn Gaza u ġiet interċettata mill-Iżraeljani.
Fil-jum li sfaxxa fix-xejn il-waqfien mill-ġlied komplew in-negozjati mill-awtoritajiet Eġizzjani u Qatari biex ikun hemm mill-ġdid il-waqfien mill-ġlied u anki biex jinħelsu l-ostaġġi.