Fl-Università ta’ Malta dalgħodu qed tiġi organizzata konferenza dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni. L-għan ta’ dan huwa sabiex ikunu mwieġba mistoqsijiet relatat ma’ dan it-traffikar ta’ tfal u adultati għall-esplojtazzjoni kummerċjali fil-qasam tal-prostituzzjoni.Fid-diskors tal-ftuħ, Anna Borg mill-Assoċċjazzjoni għall-Ugwaljanza (A4E), qalet li ftit hemm informazzjoni dwar in-nisa li jitlajjaw fit-triq jew fil-ħwienet tal-massaġġi. Qalet ukoll li kwazi 99% tal-vittmi ta’ esplojtazzjoni sesswali huma nisa, li huma vulnerabbli u ftit għandhom għażliet oħra.
Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia tkellmet dwar il-ħidma tal-Gvern f’dan il-qasam. Pajjiżna għandu realtajiet differenti minn pajjiżi oħra hekk kif 3/4 tal-każijiet ta’ traffikar tal-persuna huwa relatat max-xogħol. Hija spjegat kif il-Gvern huwa kommess li jindirizza din il-problema u se joffri l-appoġġ tiegħu għal din il-kawża. Dan hekk kif, fil-jiem li ġej mistennija tigi imnedija strateġija Nazzjonali fuq dan. Din l-istrateġija se tkun mibnija mill-aqwa prattiċi li jeżistu minn mudelli ta’ pajjiżi oħra.
Intant, din il-konferenza ġiet organizzata mill-Assoċċjazzjoni tal-Ugwaljanza, iċ-Ċentru tal-Istudji dwar ix-Xogħol fl-Università, u Dar Hosea.