It-tfittxija għas-suspettat li wettaq l-attakk fi Spanja għadha għaddejja. Dan wara li ħarab minn fuq il-post wara li lbieraħ filgħaxija saq għal fuq in-nies f’Las Ramblas f’Barċellona bil-konsegwanza li qatel madwar 13-il persuna u darab bosta iktar.
Il-midja Spanjola żvelat li s-suspettat hu Moussa Oukabir, ta’ 18-il sena, li x’aktarx kien qed juża dokumenti ta’ ħuh biex kera vann li ntuża waqt l-attakk.
Sigħat wara li twettaq l-attakk, il-Pulizija qatlet ħames suspettati li huma jihadists fit-tieni vettura li ntużat f’attakk f’Cambrils. F’dan l-inċident tilfet ħajjitha mara/
Spanja se tkun qed issegwi tlett ijiem ta’ luttu nazzjonali.