Mhux l-ewwel darba li fuq il-midja nisimgħu dwar każijiet fejn isiru atti ta’ vandaliżmu meta koppja jkunu għaddejjin minn divorzju, u hekk ġara bejn koppja fil-Ġappun hekk kif madwar 54 vjolin tħallew biċċiet.
Mara ġiet arrestata akkużata li qerdet madwar 54 vjolin tal-eks sieħeb tagħha, u aċċessorji li b’kollox jammontaw għal madwar miljun dollaru.
Il-mara li għandha madwar 34 sena qed tkun akkużata li daħlet fl-appartament f’Nagoya u qerdet l-instrumenti. Il-każ seħħ lura fl-2014 meta l-koppja kienet qed ittemm iż-żwieġ, iżda l-mara ġiet arrestata fuq dawn l-akkużi riċentament.
L-eks raġel tagħha, ta’ 62 sena, ingħad kif hu kemm joħloq il-vjolini u kif ukoll jikkollezzjonahom.
Hi ġiet arrestata mar-ritorn tagħha f’Tokya miċ-Ċina.