Fil-każ tad-deal tal-Lowenbrau, mhux darba kien hemm min kellem lill-Ministru, iżda darbtejn. Qal dan il-Ministru Owen Bonnici f’konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha fakkar kif fir-rapport tal-Awditur Ġenerali joħroġ biċ-ċar li xi ħadd kien kellem lill-Ministru biex jitneħħew il-kundizzjonijiet oriġinali.
Biex wara li tneħħew il-kundizzjonijiet u sar magħruf li dan sar b’mod li nkisret il-liġi, kien Żaren Vassallo li tkellem mal-Ministru u dan wiegħdu kompromess.
Xi ħaġa li ħarġet ċara minn xhieda fil-Qorti, bil-Ministru Owen Bonnici jisfida lill-eks Ministru Jason Azzopardi biex jiftaħ libell jew proċeduri ta’ sperġur kontra Żaren Vassallo jekk kemm–il darba se jibqa’ jsostni li ma ltaqax miegħu.
In-Nutar Ian Castaldi Paris fisser kif dan l-iskandlu kiber u nnota d-dikjarazzjoni ta’ Tonio Fenech ilbierah dwar kif kieku mar għandu Żaren Vassallo kien jibagħtu għand Jason Azzopardi għax hu kien responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet.
https://www.facebook.com/partitlaburista/videos/1403936952970275/