Sidt ta’ kelb kaxkret il-kelb tagħha li kien diġà mingħajr ħajja. Jidher li l-kelb tat-tip Labrador, miet waqt li s-sidt ħarġitu jimxi f’waħda mit-toroq ta’ Londra, fiż-żona ta’ Mornington Crescent.
Ġie rrappurtat li meta waħda minn dawk li kienet għaddejja mill-istess triq ippruvat twaqqaf lill-mara milli tkompli tkaxkar il-kelb, li aktarx kien marid, biex tagħtih l-ewwel għajnuna. Minkejja dan irrispondietha bi kliem ħażin, inkluż “f***k off” u “mind your own f***** business, he is just having a lie down.” Intqal li sidt il-Labrador kellha kelb ieħor magħha – mejjet bil-għatx f’temperaturi sħan ta’ 21 grad.
Ritratti: Mercury Press