Tul l-aħħar jiem, il-kantanta Maltija La Barokka kienet il-mistiedna ewlenija f’isem Malta waqt il-kunċert uniku nisrani, Lighting of the Christmas Tree in Bethlehem, li l-udjenza għalih laħqet il-15,000 ruħ, fosthom il-Prim Ministru Palestinjan Rami Hamdallah u dinjitarji ohrajn.
Iċ-ċerimonja saret fi Pjazza Maxtura f’Betlem, li tinsab hdejn il-Knisja tan-Natività mibnija fuq il-grotta fejn twieled Ġesù Bambin.
La Barokka kienet mistiedna mir-rappreżentant Malti fil-Palestina, Reuben Gauci, bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Malti.
Il-kunċert laħaq il-qofol tiegħu meta nxtegħlet is-siġra tal-Milied fil-pjazza. Din kienet imxandra minn diversi aġenziji internazzjonali tal-aħbarijiet.