Minkejja l-isfidi li l-industrija tat-tonn qed taffaċċja matul din is-sena, kawża tas-sitwazzjoni preżenti fis-suq fl-Asia, l-iktar fil-Ġappun, is-sena l-oħra din l-industrija rat tkabbir ta’ 40.7% fil-produzzjoni tat-tonn.
Dan ħareġ minn ċifri li tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
L-industrija ġġenerat dħul totali ta’ €319.4 miljun li jfisser żieda sinifikanti ta’ €92.4 miljun meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Madankollu l-ispejjeż għolew ukoll hekk kif irriżultat żieda marġinali fil-valur gross fl-industrija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
Dawn iċ-ċifri isegwu l-iżviluppi fis-suq Ċiniż wara il-ftehim li ġie ffirmat bejn Malta u ċ-Ċina biex ikun hemm aktar esportazzjoni ta’ tonn Malti lejn iċ-Cina. Dan l-iżvilupp żied fil-valur gross tal-industrija minn €81 miljun ewro fis-sena 2022.
Matul l-2022, pajjiżna pproduċa 15,816-il tunnellata ta’ tonn, b’żieda ta’ 2,267 tunnellata mis-sena ta’ qabel, li 95% minnhom kienu esportati lejn il-Ġappun. B’kuntast, pajjiżna importa mal-10,618-il tunnellata ta’ ħut is-sena li għaddiet. Żieda marġinali fuq l-importazzjoni ta’ toon fl-2021.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Aquaculture Resourses Ltd, Charlon Gouder b’sodisfazzjon qal li din l-industrija se tkompli tikber minkejja d-diversi sfidi li qed taffaċċja.
Hu żied jgħid li t-tonn ta’ Malta huwa meqjus bħala n-numru wieħed fil-Ġappun. Huwa semma l-ħidma u l-investiment kbir fis-settur.