Huwa stmat li fis-snin li ġejjin, mingħajr ebda stimolu addizzjonali, ir-rata tat-tkabbir reali ta’ pajjiżna mistennija tkun medja ta’ 4%. Il-miżuri fiskali u l-ispiża infrastrutturali li ġew imħabbra mistennija iżidu din ir-rata ta’ tkabbir bejn 2.0% u 2.5% oħra kull sena.
Spjega dan il-Ministru Edward Scicluna, waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista flimkien mal-mexxej Laburista Joseph Muscat.
Qal li dan il-Gvern ma jemminx f’budgets elettorali. Qal li kieku vera din l-amministrazzjoni riedet tiddependi s-suċċess tagħna minn budgets elettorali, l-istatistika kienet tirrifletti dan. Għal kuntrarju, kif juru l-figuri fl-istatstika fil-preżentazzjoni li tista’ ssib hawn taħt, il-tbassir fiskali huwa prudenti.
Għaldaqstant, huwa mistenni li fis-snin li ġejjin pajjiżna ser igawdi minn rata ta’ tkabbir reali li tlaħħaq bejn 6.0% u 6.5%.
Il-miżuri fiskali u l-ispiża infrastrutturali mħabbra, huma finanzjarjament sostenibbli, spejega Scicluna. Filfatt, b’rata ta’ rtkabbir reali ta’ 6.0% u 6.5%, is-surplus fiskali fis-snin li ġejjin jibqa’ sostnut. Żied jgħid li permezz tas-surplus se jkompli jitnaqqas id-dejn li pajjiżna akkumula fil-passat.
Fakkar li dan il-Gvern wiret sitwazzjoni ta’ dejn u li kien sforz l-għaqal ta’ din l-amministrazzjoni li x-xenarju ekonomiku inbidel gradwalment imma għal kollox. “Inserrħu moħħ il-familji li l-piż tat-taxxa fuqhom se jkompli jonqos” qal Scicluna, fl-istess waqt li l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema tkompli tkun pożittiva, tant li ninsabbu pass żgħir biss ‘il bogħod biex Malta tilħaq il-miri Ewropej għall-ammont ta’ persuni fil-post tax-xogħol sal-2020.
Il-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista qed jipproponi miżuri realistiċi, costed, u li l-pajjiż jista’ jaffordjahom. Dan jagħti kredibilità lill-Partit Laburista. L-affarijiet kollha li qed ikunu proposti se jkunu qed jitwettqu. Dak preżentat illum huwa l-qafas ta’ pjanijiet magħmulin mill-fatti u mhux kwistjoni ta’ ideat u perċezzjonijiet. Juru li l-aqwa żmien ta’ pajjiżna huwa xi ħaġa reali.
Dan kuntraju għal żminijeit oħra, meta proġetti bħall-moll taċ-Ċirkewwa kellu jdum 20 sena biex isir. Il-proġett tal-Kappara huwa kuntrast qawwi ma’ dan.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/05/PDF.pdf”]