Il-Bank Ċentrali ta’ Malta rreveda ’l fuq it-tbassir ekonomiku tiegħu għal din is-sena, riflessjoni tal-kontribut ogħla mid-domanda domestika u anke mill-esportazzjoni netta.
Fir-rapport tiegħu għas-snin 2025-2027, il-Bank Ċentrali qal li dan it-titjib jirrifletti s-saħħa finanzjarja tal-familji Maltin u Għawdxin, xprunat mit-tnaqqis fil-piż tat-taxxi fuq id-dħul, l-akbar miżura ta’ twessigħ tal-faxex tat-taxxi fl-istorja. Dan flimkien ma’ rkupru fl-investiment privat.
Għaldaqstant, meta mqabbel mat-tbassir preċedenti, il-Bank għolla t-tbassir tat-tkabbir tiegħu għal din is-sena b’0.1% għal 4%, waqt li jimmodera fis-sentejn ta’ wara u jilħaq it-3.3% fl-2027.
Fl-istess ħin, l-inflazzjoni se tkompli tonqos biex tilħaq it-2% sal-2027, kif rakkomandat internazzjonalment.