“Ir-riżultati ppublikati llum huma inkoraġġanti u jikkonfermaw tkabbir b’saħħtu ħafna, issa estiża anke għax-xhur tas-sajf. Dan huwa riżultat ta’ ħidma intensiva flimkien mal-istakeholders kollha. Bi pjaċir ninnotaw xejriet pożittivi f’kull indikatur, inkluż żieda fl-ammont li t-turisti nefqu għal kull bed night, minn € 119.04 għal €121.56 kull lejl”.
Dawn kienu l-kummenti ta’ Paul Bugeja, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, wara statistika ppublikata llum mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatsitika.
Il-Ministru Konrad Mizzi qal li r-riżultati tal-lum juru wkoll il-frott tal-ħidma kontinwa tal-Gvern Malti fis-settur tat-turiżmu, fejn qiegħdin naraw żidiet qawwija f’dan ix-xahar, meta mqabbel mas-
It-turiżmu lejn Malta qed ikompli b’wirja pożittiva, bl-ammont ta’ wasliet f’Lulju 2017 ilaħħaq il-256,509, jiġifieri żieda ta’ 11.7% meta mqabbel mal-istess xahar ta’ sena ilu.
L-ammont ta’ turisti żdied b’11.4%, li jammonta għal 25,727. Dan l-ammont pożittiv ma jinkludix passiġġieri li ġew Malta bi cruiseliners u li damu għallinqas lejl wieħed. Ġie reġistrat tkabbir b’saħħtu fost it-turisti li jiġu għal rashom (+20.6%) u fin-numru ta’ turisti li żaruna għall-ewwel darba (+15.1%). L-ikbar żieda in assolut ġiet fost it-turisti ta’ bejn it-22 u l-44 sena (+11,759). B’kollox, fil-perjodu msemmi ġew reġistrati 2.1 miljun guest night, b’durata medja ta’ 8.4 lejl. Dan jikkostitwixxi żieda ta’ 8.9%. It-turisti nefqu €255.7 miljun b’kollox li huwa €26.1 miljun iktar komparat ma’ Lulju 2016. Matul Lulju 2017, it-turisti nefqu bħala medja €121.7 kull lejl, li hija żieda ta’ 2.2% mqabbla mal-istess xahar fl-2016.
Il-figuri kumulattivi għall-perjodu ta’ bejn Jannar u Lulju 2017 turi prestazzjoni stroardinarja fis-settur turistiku, bin-numru ta’ turisti li jiġu jżuruna jisplodi ‘l fuq bi tkabbir ta’ 17.6%, li jsarraf għal 1,241,248 turist. Din iż-żieda fl-ammont ta’ turisti ġabet magħha żieda qawwija fl-ammont ta’ ljieli li jqattgħu t-turisti (+11%) li wżaw kemm akkommodazzjoni kollettiva u kif ukoll akkomodazzjoni privata. Fil-fatt jirriżulta tkabbir ta’ 26.8% fl-użu ta’ akkomodazzjoni privata. Minbarra dan l-ammont ta’ nefqa li għamlu t-turisti żdied b’mod b’saħħtu (+13.9%). Fil-fatt it-turisti b’kollox nefqu €117.0 kull lejl jew ahjar zieda ta’ 2.7 % meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.
Is-swieq turistiċi kollha raw żieda, bl-Italja jkun l-iktar pajjiż li minnu żdiedu t-turisti (+36.960). Wara l-Italja ġew il-Belġju, b’żieda ta’ 24, 515 turist, il-Ġermanja b’żieda ta’ 18,983 turist, Franza b’żieda ta’ 16,322 turist, Spanja (+13,787) u l-Polonja (+10,503.)