Ir-rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi, Malala Yousafzai żżewġet f’ċerimonja Iżlamika f’Birmingham.
Fuq Twitter, hija kitbet li ngħaqdet mar-raġel għal ħajjitha u t-tnejn jinsabu eċitati biex jimxu dan il-vjaġġ flimkien.
L-attivista mill-Pakistan ta’ erbgħa u għoxrin sena qalet li din kienet ġurnata prezzjuża f’ħajjitha.
L-attivista għad-drittijiet tan-nisa, sabet refuġju fil-West Midlands, reġjun fl-Ingilterra, wara li ta’ ħmistax-il sena, spiċċat vittma ta’ tir f’rasha mit-Talibani fl-elfejn u tnax talli qabżet għad-drittijiet tal-bniet biex jieħdu l-edukazzjoni.
Wara li rkuprat mill-ġrieħi serji li sofriet, hi flimkien ma’ familtha marru jgħixu f’Birmingham.