Il-Prinċipessa Beatrice tal-Ingilterra żżewġet lill-imprenditur Taljan Edoardo Mapelli Mozzi f’ċerimonja privata f’Windsor, ir-Renju Unit.
It-tieġ tal-koppja kien se jsir f’Mejju li għadda, iżda kellu jiġi pospost minħabba l-pandemija.
Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni u membri oħra tal-Familja Rjali Ingliża kienu preżenti għaċ-ċerimonja taż-żwieġ, li saret ukoll skont struzzjonijiet mill-awtoritajiet tas-saħħa.