Pont fi triq prinċipali fl-Italja ċeda bil-konsegwenza li koppja miżżewġa tilfet ħajjitha.
L-inċident seħħ viċin il-belt t’Ancona u jidher li meta l-pont waqa’, karozza waħda biss kienet għaddejja.
Sa issa d-dettalji b’rabta ma’ dan l-inċident qed jgħidu li l-karozza tal-koppja sfortunatament kienet għaddejja meta waqa’ l-pont, bil-konsegwenza li ż-żewġ persuni tgħaffġu taħt it-tifrik.