Bħala parti mill-impenn kontinwu tal-Gvern favur is-saħħa u s-sigurtà pubblika, il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva nieda l-kampanja ta’ tilqim staġjonali, li din is-sena wkoll tinkludi dik kontra l-mard tal-Pnewmokokkus.
Din se tibda tingħata bla ħlas lill-anzjani ta’ ’l fuq minn 65 sena, li huma fl-akbar riskju, u dan minbarra t-tilqim l-ieħor ta’ kontra l-influwenza u l-COVID-19 lil kull min għandu sitt xhur jew aktar.
Stqarrija mill-Ministeru qalet li l-inizjattiva hi xhieda tal-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti fil-benessere tal-anzjani.
Il-kampanja ta’ tilqim staġjonali għal din is-sena tibda fil-21 ta’ Ottubru u tibqa’ għaddejja sal-15 ta’ Diċembru.
Individwi eliġibbli jistgħu jirċievu t-tilqim kollu miċ-ċentri tas-saħħa anke f’sezzjoni waħda.