Matul is-sena l-oħra, il-ħażna tal-enerġija rinovabbli żdiedet b’14.6%.
Dan ħareġ minn statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO hekk kif is-sena l-oħra, il-ħażna tal-enerġija rinovabbli marbuta mas-sistema tal-grid tal-pannelli laħqet il-ftit aktar minn mitejn u sbatax il-giga watt kull siegħa.
L-istatistika turi li matul is-sena l-oħra kien hawn ftit iżjed minn sebgħa u għoxrin elf (27,454) pannella fotovoltajika fejn kważi 85% kienu f’Malta u kważi 15% kienu f’Għawdex.
Kien hemm żieda ta’ installazzjonijiet ta’ pannelli f’lokalitajiet fin-nofsinhar tal-pajjiż.
Fil-fatt iż-żieda rreġistrata fl-istatistika tal-NSO kienet ta’ 10.6% fuq is-sena ta’ qabel.
Is-settur domestiku ammonta għal kważi 94% tal-installazzjonijiet tal-pannelli fotovoljtajiċi.
Il-produzzjoni tal-enerġija mill-pannelli fotovoltajiċi żdiedet ukoll, b’14.8% fuq is-sena 2018.
Aktar min-nofs ta’ din il-produzzjoni tal-enerġija ġiet mis-settur domestiku filwaqt li 45% mis-settur kummerċjali u 3.6% mis-settur pubbliku.