Il-Pulizija Olandiża kellha konfront ma’ dimostranti f’Rotterdam, fost tensjoni hekk kif ministru Tork kien eskortat barra mill-pajjiż.
Dan hekk mal-elf persuna nġabru barra l-konsulat tat-Turkija f’din il-belt fl-Olanda, sigħat wara li l-ministru tal-affarijiet barranin qal li se jmur Rotterdam minkejja li kien projbit milli jieħu seħem f’dimostrazzjoni b’appoġġ għar-referendum li jżid is-setgħet tal-President Tork.
Il-gvern Olandiż qal li dimostrazzjonijiet ta’ dan it-tip jżidu t-tensjonijiet jiem biss qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss fl-Olanda.
Il-prim ministru Tork, Binali Yildirim qal li t-Turkija se tirrispondi b’modi iebsa għal din l-imġieba mhux aċċettabbli.