Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq, Ri Yong Ho wissa lil Gvern Amerikan li t-theddid mill-President Trump jistgħu iwasslu għal aktar provi ta’missili nukleari fl-oċean Paċifiku.
Ri Yong Ho qal lil ġurnalisti fi New York li din tista tkun l-akbar bomba nukleari li qatt ġiet pruvata fuq l-istess oċean. Yong Ho kien l-Amerka sabiex jinidirizza il-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Maqgħuda imma għal xi raġuni irtira milli jgħamel dan.
Dawn il-kummenti segwew id-diskors televiżiv ta’ Kim Jong Un fejn li l-Amerka se tkun qed tpatti qares għall-kummenti ta’ Trump li ħa jkisser lill-Korea ta’ Fuq. Kim qal li kien qed jikkunsidra miżuri għall-kummenti ta’ Trump. Kim kompla billi akkuża lil Trump li muhiex mentalment stabbli.
Il-Ministru tad-Difiża Ġappuniż stqarr li dawn il-kummenti żiedu ferm it-tensjoni fir-reġjun u ma tenn jistax ikun li jkun hemm aktar missili Koreani għadejjin minn fuq pajjiżu.