Ir-Russja żiedet is-sigurtà fuq l-uniku pont tagħha li jgħaqqadha mal-Krimea, li lbieraħ inqerdet parti minnu waqt splużjoni.
Il-President tar-Russja, Vladimir Putin, ordna lis-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-pajjiż biex jissorvelja dan il-pont, li huwa simbolu ta’ meta r-Russja għaqqdet magħha t-territorju Ukren Krimea fl-2014.
Uffiċjali Russi qalu li x-xogħol fuq il-pont se jibda b’mod immedjat hekk kif huwa ta’ importanza strateġika fil-gwerra. Fil-fatt, bugħaddasa llum se jkunu qed jeżaminaw il-ħsara li saret.
Intant, fl-indirizz li jagħmel kull filgħaxija, il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky qal li s-Sibt ma kienx jum ħażin, b’referenza għall-isplużjoni tal-pont.
Ritratt: AFP