Bejn Jannar u Lulju ta’ din is-sena, fil-kaxxa ta’ Malta ġie rreġistrat defiċit ta’ biljun ewro hekk kif żdiedet l-ispiża tal-Gvern.
Fil-fatt f’dawn ix-xhur li fihom Malta ntlaqtet mill-pandemija bħal kumplament tad-dinja, l-ispiża kienet 14.2% iżjed mill-istess perjodu tas-sena l-oħra.
L-interessi fuq id-dejn pubbliku naqqsu b’żewġ miljun u nofs ewro meta mqabbel mal-ewwel seba’ xhur tas-sena oħra.
Spiża notevoli kienet dik fin-nefqa soċjali fejn kien hemm erbatax-il miljun u nofs ewro li l-Gvern nefaq f’benefiċċji marbuta mal-imxija.