Fl-elfejn u sbatax, €936.9 miljun intefqu mill-Gvern biex ikopri l-benfiċċju tas-sigurta soċjali.
Dan l-ammont jirrifletti żieda ta’ erbgħa fil-mija meta mqabbel mal-elfejn u sittax, u kien riżultat ta’ żieda ta’ €37.5 miljun fl-ispiża kontributorja.
Dan filwaqt li kien hemm żieda ta’ €1.3 miljun fl-ispiża mhux kontributorja.
Il-benfiċċji kontributorji fl-elfejn u sbatax ammontaw għal €749.7 miljun żieda ta’ ħamsa punt tlieta fil-mija fuq l-elfejn u sittax.
Il-pensjonijiet tal-irtirar irreġistraw l-akbar żieda fin-nefqa, fejn kien hemm €29.7 miljun iktar fl-elfejn u sbatax.
Dan filwaqt li l-ispiża mhux kontributorja ammontat għal €187.2 miljun; tnaqqis ta’ 0.7 fil-mija meta mqabbel mal-elfejn u sittax.
Dan it-tnaqqis kien segwit wara li ntefqu seba miljun ewro inqas fuq l-Assistenza Soċjali, li ġie minn tnaqqis ta’ erba miljun ewro fl-ispiża tal-Assistenza tal-Qgħad.