Fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena żdiedet in-nefqa rikurrenti bi kważi tliet mitt miljun ewro.
Dan ħareġ minn statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika.
In-nefqa rikurrenti bejn Jannar u Awwissu li għadda tqarreb it-tliet biljun ewro u fost oħrajn kien hemm żieda fin-nefqa ta’ benefiċċji soċjali, partikolarment nefqa ta’ erbatax-il miljun u nofs ewro fil-benefiċċji marbuta mal-imxija.
Kien hemm nefqa wkoll ta’ ħamsa u erbgħin miljun u erba’ mitt elf ewro fil-mediċini u kważi wieħed u tletin miljun ewro fl-għoti tal-vouchers li ta l-Gvern biex jintefqu fil-ħwienet u r-ristoranti fost oħrajn.