Il-Korea ta’ Fuq żiedet il-produzzjoni tal-fjuwil li jintuża għall-armi nukleari f’ numru ta’ siti sigrieti.
Dan ġie żvelat mill-aġenziji t’ intelliġenza tal-Istati Uniti.
L-istess aġenziji jemmnu li l-Korea qed tipprova taħbi l-attività tagħha filwaqt li tipprova tilħaq qbil fid-diskussjonijiet tagħha mal-Istati Uniti.
Din l-aħbar ġiet żvelata propju wara li ftit tal-ġimgħat ilu l-President Amerikan Donald Trump qal lill-Korea ta’ Fuq m’ għadhiex ta’ theddida nukleari wara laqgħa li hu kellhu mal-mexxej Korean Kim Jong Un f’ Singapore.
Trump kien qal li Kim Jong Un wiegħed li jeqred għal kollox is-sit fejn jiġu ppruvati dawn l-iġenji u li jagħti lura l-fdalijiet tas-Suldati Amerikani li nqatlu fil-gwerra Koreana.