Tul Lulju li għadda l-produzzjoni industrijali f’pajjiżna żdiedet b’wieħed punt tlieta fil-mija meta mqabbel max-xahar ta’ qabel. Fl-istess ħin dan naqas bi ftit aktar minn tnejn fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.
Stħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, juri kif mal-ħdax fil-mija tal-produzzjoni f’Lulju li għada ġiet irreġistrata fi prodotti li jużaw kumpaniji kbar biex minnhom jagħmlu prodotti jew servizzi għall-konsumatur.
Fl-istess ħin żero punt wieħed fil-mija ta’ dan kollu kopriet il-produzzjoni diretta għall-konsumatur.