Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May jista’ jirnexxilha tikseb iktar appoġġ dwar il-ftehim tagħha ta’ Brexit, jekk twiegħed li tirriżenja minn Prim Ministru.
Dan skont membri tal-Partit Konservattiv Ingliż, li qalu li jekk ikunu jafu li May mhux se tkun qed tieħu f’idejha l-istadju li jmiss tan-negozjati mal-Unjoni Ewropea, ikunu mħajra iżjed li japprovaw il-ftehim.
Din l-aħbar waslet qalb għidut li l-Ministri fil-Kabinett ta’ May qed jippjanaw kolp kontra l-Prim Ministru tagħhom. Għalkemm mill-uffiċċju ta’ May qalu li mhux se jikkonvinċuha tirriżenja.
Dan minkejja li l-pressjoni fuqha qiegħda tiżdied, wara li kienet imġiegħla titlob għal estensjoni tad-data ta’ meta r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.