Sit tal-aħbarijiet, ibbażat fl-Istati Uniti tal-Amerka, kompla jirrapporta dwar l-iskandlu ta’ kważi €133 miljun li l-uffiċċju tal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola għadda lil organizzazzjonijiet tal-midja fl-2024, is-sena tal-elezzjonijiet, permezz ta’ kuntratt dubjuż.
B’filmat fuq Youtube, velocity.com indika li għaddejja xi investigazzjoni u, kemm-il darba jinstab li hu minnu, allura jkunu nkisru regolamenti tal-Unjoni Ewropea stess intenzjonati biex jissalvagwardjaw it-trasparenza kif jiġu amministrati l-finanzi Ewropej.
Dwar dan il-każ, li ġie żvelat l-ewwel mill-gazzetta Taljana Il Fatto Quotidiano, l-uffiċċju ta’ Metsola ħareġ dritt ta’ risposta biex jgħid li r-rapport kien qarrieqi, xi ħaġa li l-gazzetta influwenti wkoll giddbitu b’dokumenti f’idejha.
ONE News, li wkoll irrapporta l-każ, fakkar kif, waqt li mhux magħruf jekk midja f’pajjiżna gawdietx minn tali ħlasijiet, hu fatt magħruf kif Metsola xtrat reklami fuq paġni sħaħ biex tipproġetta lilha nnifisha bħala “t-tama tal-Ewropa”.