Il-foga u d-duħħan kawża tan-nirien li għadhom qed jippersistu fil-foresti fl-Awstralja, ksew l-ibliet ta’ Sydney u Adelaide.
F’Sydney illum ir-residenti qamu għal foga li hija ferm agħar minn dik li kien hemm jumejn ilu.
Uffiċjali tas-saħħa ħarġu twissijiet dwar il-livelli perikolużi tal-kwalità tal-arja.
Il-kundizzjonijiet tan-nar ġew kklassifikati bħala “severi” u affettwaw lis-sitt stati kollha fil-kontinent. Numru ta’ stati qed jaffaċċjaw livelli “katastrofiċi” minħabba l-imsemmija nirien.
Mix-xahar li għadda sal-lum, sitt persuni mietu f’nirien kbar f’foresti li kkawżaw ħsara kbira b’mod partikolari lill-istati ta’ New South Wales u Queensland.
Iżda jidher li issa, l-akbar periklu qed jaffaċċjawh l-istat ta’ Victoria, u n-naħa t’isfel tal-Awstralja.
Ritratt: BBC News