Dan il-baġit se jkompli jissokta bit-titjib fl-għajnuna supplimentari li titħallas lill-persuni l-aktar anzjani li għandhom dħul baxx.
Għalhekk, l-allowance addizjonali li titħallas kull sena lill-persuni ta’ 65 sena u akbar se tiżdied b’€50 sabiex issa se tilħaq il-€150 fis-sena. Scicluna sostna li minn din iż-żieda se jgawdu madwar 16-il elf anzjan u anzjana.