Miriam Dalli, Membru Parlamentari Ewropew, stqarret li ma tantx temmen fir-riżoluzzjonijiet. Ridna nkunu nafu x’hemm pjanat għas-sena d-dieħla…
1.X’taħseb fuq ir-riżoluzzjonijiet?
Ma tantx nemmen fihom għax nispiċċa kull meta għamilt reżoluzzjoni ma tantx żammejt magħha. Ħlief sena waħda biss meta kont għamilt ir-reżoluzzjonijiet, ktibthom u waħħalthom mal-gwardarobba biex dak li jirnexxieli nagħmel, niċċekkjah u nagħmillu marka.
2.Żammejt mar-riżoluzzjonijiet li għamilt fil-bidu tal-2016?
Ngħidlek il-verità m’għamiltx reżoluzzjonijiet imma m’ilux qomt u għidt ara mal-bidu tas-sena l-ġdida għandi bżonn nerġa’ nibda mmur niġri kuljum kif kont nagħmel qabel. Jiġifieri dik hija r-reżoluzzjoni tiegħi, li nerġa’ nibda mmur niġri kuljum.
3.X’riżoluzzjonijiet se tagħmel għas-sena 2017?
Personali, li mmur niġri kuljum.
Fuq ix-xogħol, li nkun iktar preżenti u iktar involuta anke lokalment Malta.